Resident f’Kordin darab lilu nnifsu waqt li kien fiċ-ċella – One News

Notifiki

Resident f’Kordin darab lilu nnifsu waqt li kien fiċ-ċella

Illum, għall-ħabta tal-11.30am, uffiċjali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabu resident mid-Diviżjoni Numru 1 li għamel ħsara lilu nnifsu waqt li kien qiegħed fiċ-ċella tiegħu.

L-uffiċjali korrettivi intervenew minnufih u pprovdew l-ewwel għajnuna medika flimkien mat-teamparamediku. Ir-resident ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Il-Faċilità infurmata li l-kundizzjoni tiegħu hi waħda kritika. Il-Pulizija ġiet infurmata u qed tinvestiga.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend