Il-ġmiel tat-Torri l-Aħmar f'inżul ix-xemx | One News

Notifiki

Il-ġmiel tat-Torri l-Aħmar f’inżul ix-xemx

Din l-Art Ħelwa qed jistiednu lil kull min jixtieq iżuru it-Torri l-Aħmar, il-Mellieħa, jagħmel dan meta tinżel ix-xemx.

Il-voluntiera tal-għaqda qed jorganizzaw żjara mat-torri, akkumpanjata minn tazza inbid,  waqt li tinżel ix-xemx fi sfond mill-isbaħ.

Dawn ikull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ħamis fis 6.30 pm, sa tmiem Settembru, bid-dħul jiswa biss €5.

It-Torri l-Aħmar inbena biex jgħasses il-fliegu bejn Malta u l-gżira t’Għawdex. Għall-istess skop inbnew ukoll it-Torri l-Abjad u t-Torri ta’ Santa Marija fuq Kemmuna. It-tabella prinċipali tat-torri, bid-data 1649 turi li kien iddedikat lill-qaddisa martri Sant Agata.

Fl-antik wieħed seta’ jidħol fit-torri billi jgħaddi minn fuq pont. Dan illum inbidel għal pont ta’ l-injam. Meta tinħass xi theddida ta’ gwerra, it-Torri kien jitgħammar bi gwarniġjon ta’ xi 49 ruħ u 5 kanuni fuq il-bejt. Hemm żewġ kmamar bil-ħnejjiet ġejjin għall-ponta u erba’ torrijiet fil-kantuniera.

Mhux magħruf għalfejn it-torri ingħata l-kulur aħmar.

screen-shot-2016-09-16-at-09-06-21

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend