Diskussi suġġetti li l-aktar jolqtu liċ-ċittadini Ewropej – One News

Notifiki

Diskussi suġġetti li l-aktar jolqtu liċ-ċittadini Ewropej

Ikompli s-summit f’Bratislava. Fir-ritratt ta’ fuq, il-Prim Ministru jidher mal-Prim Ministru tal-Islovakkja Robert Fico, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qabel bdiet il-laqgħa informali tal-kapijiet tal-istati u Gvernijiet Ewropej.

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel qalet li l-Unjoni Ewropea tinsab f’sitwazzjoni kritika, u li hemm bżonn turi li hija kapaċi ttejjeb is-sigurtà, id-difiża u s-sistema eknomika.

Bħalissa hemm ċertu nuqqas ta’ qbil dwar il-mod li bih għandu jiżdiedi it-tkabbir ekonomiku, u dwar il-mod li bih għandu jkun ikkontrollat l-influss kbir ta’ immigranti lejn l-Ewropa.

Fil-laqgħa f’Bratislava mingħajr ir-Renju Unit, mhumiex qed jiddiskutu Brexit. “Ma tsitax issolvi l-problemi kollha Ewropej f’summit wieħed” qalet Merkel.

Donald Tusk, president tal-Kunsill Ewropew, esprima x-xewqa favur Unjoni Ewropea aktar stabbli, anke fid-dawl tal-isfidi li qed taffaċja l-munita Ewro. Filwaqt li l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant jixteiqu aktar awtonomija minn Brussell, pajjiżi tat-tramuntanat jaraw dawk tal-Lvant bħala problema fejn jidħol it-tkabbir ekonomiku. Dan filwaqt li pajjiżi Mediterranji mhux jappoġjaw l-għajta favur l-awsterità minn naħa tal-Ġermanja.

Illum is-summit jiffoka fuq dak li l-aktar jolqot liċ-ċittadini Ewropej: il-migrazzjoni, is-sigurtà, u l-globalizazzjoni.

Il-kapijiet ta’ stat komplew id-diskussjonijiet tagħhom fuq dgħajsa fix-xmara Danube – għalhekk il-Prim Ministru Malti uża ton ċajtier meta qal li jinsabu lkoll ‘f’dgħajsa waħda’ – bil-Malti ngħidu f’baħar wieħed.

screen-shot-2016-09-16-at-15-14-24

screen-shot-2016-09-16-at-15-12-33

screen-shot-2016-09-16-at-14-53-26

screen-shot-2016-09-16-at-14-57-03

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend