Nies imwerwra minn buffi misterjużi: il-Pulizija Amerikana bi twissijiet – One News

Notifiki

Nies imwerwra minn buffi misterjużi: il-Pulizija Amerikana bi twissijiet

Għexieren ta’ rapporti ta’ buffi saru mall-għases tal-Pulizija madwar l-Istati Uniti dan is-sajf.

Tfal qalu li dawn il-buffi provaw jgħidulhom jidħlu ġewwa foresti billi jinċnetivawhom bil-flus. Dawn ir-rapporti daħlu f’mill-inqas sitt stati. L-aħħar każ seħħ f’Georgia fejn żewġ subien beżgħu tant li telqu jiġru, meta sabu buffu ma’ wiċċhom huma u jistennew li jiġi l-vann tal-iskola. Cameron Frails ta’ 12-il sena qal li raw raġel liebes kollox iswed, b’maskra ta’ buffu u parrokka ħamra.

F’South Carolina, daħlu rapporti ta’ xi ħadd b’ilbies aħmar u isfar, b’maskra għaddej mill-foresti. Kellu dawl tal-laser aħdar u kien qed jippuntah lejn it-twieqi tan-nies.

Xeni smili seħħew f’Ohio, South Carolina, North Carolina, California, Wisconsin u Georgia.

 

screen-shot-2016-09-15-at-08-52-18

Permezz ta’ Facebook, il-Pulizija qed twissi lil pubbliku:

screen-shot-2016-09-15-at-08-50-51

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend