“Jibqa’ jimbotta politika tal-passat – politika elitista” – One News

Notifiki

“Jibqa’ jimbotta politika tal-passat – politika elitista”

Id-dikjarazzjoni li għamel illum id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li taħt il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern tkun kburi li inti Malti u taħt Gvern Laburista tistħi tgħid li inti Malti, tikkonferma l-politika ta’ Simon Busuttil, li jimbotta ‘l quddiem il-politika ‘ta’ aħna u huma’, politika li l-poplu rema’ ‘l barra tliet snin ilu fl-aħħar elezzjoni.

Stqarr dan fi stqarrij l-Partit Laburista. Qal li din diġa hija t-tieni konferma f’ġimgħa waħda biss, hekk kif aktar kmieni matul din il-ġimgħa l-pressjoni li huwa mdawwar biha l-Kap tal-Oppożizzjoni, waslet biex ħa deċiżjoni ħazina, li wasslet għal vot kontra Malta.

Filwaqt li l-poplu Malti u Għawdxi kollu huwa kburi b’pajjiżu rrispettivament minn hemm fil-Gvern u l-interess Nazzjonali jiġi qabel kull interess partiġġjan ieħor, il-Kap tal-Oppożizzjoni qed ikompli jimbotta ‘il quddiem politika tribali u jkompli jikkonferma dejjem aktar kemm huwa politiku elite u maqtugħ min-nies.

Ta’ QabelLi Jmiss

5 Comments

  1. Jiena kburija ghall-ahhar li jien Maltija u Dan il- gvern jaghmilni aktar u aktar kburija. Li hu tal- misthija hu li ghad hawn dinosawri politici li jridu joholqu l- firda fost il- Maltin u l- Ghawdxin.

  2. Dan kollu jikkonferma li Simon Busuttil kien, ghadu u se jibqa kontra Malta u li jaghmel li jista biex jiskredida lill-PL barra min Malta.Min hawn nixtieq li il-PL jiehu kwalunkwe passi xierqa kontra l-oppozizzjoni. Mhiniex nghid ipatti, izda Malta ma tistax tkompli sejra ghal-ahjar, meta il-pajjiz ikollhu Kap Ta l-OPOZZIZJONI li imur barra il-pajjiz biex jghid l-MEP’s tieghu u ohrajn jivvotaw KONTRA persuna integra bhal Leo Brincat.

  3. IMISSHOM JISTHU JGHIDU LI HUMA MALTIN, DAWK LI DEJJEM JAHDMU KONTRA L-INTERESS TA’ PAJJIZNA META MA JKOLLHOMX IL-POTER F’IDEJHOM SUR jASON AZZOPARDI !!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!

  4. Mhux hekk tghid Jason, nisthi meta bi sahha ta’ dan il- Gbern qed nhallas kontijiet irhas ta’ dawl u prezz inqas tal fuel. Nisthi meta ghandna rekord tal- inqas nies qeghda fl- istorja ta pajjizna. Nisthi meta kumpaniji ta credit ratings qeghdin jaghtuna klassifikazjoni wahda ahjar mil-ohra. Nisthi bl- investiment dejjem.jikber. Kompli sejjer hekk Jason ha nergaw naghtukom tkaxkira ohra fl- elezzjoni li jmiss.

  5. M’Hemm l-ebda dubju li l-Onor. Jason Azzopardi huwa mera tan-negattiviżmu tal-Partit Negattiv (PN) kif ġustament insejjaħ jien lil-PN. Prova ta’ kemm l-Onor. Jason Azzopardi hu xempju tan-negattiviżmu. Joħroġ mill-fatt li meta fl-Gvern ta’ GonziPartitNegattiv huwa kien Ministru. L-Partit Negattiv (PN) fid-distrett ta’ Raħal Ġdid fejn hu joħroġ bħala kandidat il-partit tiegħu tilef Membru Parlamentari!! Daqshekk jiswa’ n-negattiviżmu ta’ l-Onor. Jason Azzopardi. Li ftit ilu kiteb li meta kap ta’ partit ma jridx jisma’ għandu jitlaq. Sintendi l-Onor. Azzopardi ma kienx qed jalludi għal xi kap ieħor ta’ partit. Għax kieku kien isemmi l-isem ta’ dak il-kap. Allura toħroġ waħidha li Jason Azzopardi kien qed jalludi għal kap tiegħu stess…jiġifieri Simon Busuttil.

    Tant l-Onor. Jason Azzopardi xxotta politikament li issa ħareġ jgħidilna dak li kien qal l-eks Kap tal-Partit Negattiv (PN) Lawrence Gonzi. L-Onor. Azzopardi għandu jistħi jgħid li hu nazzjonalist. Għax il-Partit Negattiv (PN) għamel 60 sena jiġġieled kontra l-ilsien Malti. Mill-anqas il-Partit Negattiv (PN) bejn l-1927 sa l-1939 ħadem kemm felaħ biex Malta tingħaqad ma’ l-Italja faxxista. Fejn matul dan iż-żmien il-Partit Negattiv (PN) kien partit pro-faxxista.

    L-Onor. Jason Azzopardi missu mhux jistħi biss iżda jaħbi wiċċu meta jgħid li hu nazzjonalist. Għax il-partit tiegħu kien kontra s-servizzi soċjali, kontra l-vot għal kull raġel ta’ ‘l fuq minn 21 sena, kontra l-vot tal-mara, kontra l-vot taż żgħażagħ ta’ 18 il-sena u kontra l-vot taż 16 il-sena għal Kunsilli Lokali.

    Il-lista hi twiela wisq biex nikteb dak kollu li juri kemm verament l-istorja tal-Partit Negattiv (PN) hi kerha u sewda. Sewda daqs il-Maduma (l-arma) tal-Partit Negattiv. Daqshekk hu iswed in-negattivżmu ta’ l-Onor. Jason Azzopardi. Dan juri kemm mhux kif qal l-Onor. Jason Azzopardi. Anzi eżattament il-kontra. Kull Malti għandu jkun dispajċut taħt Gvern tal-Partit Negattiv (PN).

    L-Onor. Azzopardi qalilna li taħt Gvern Laburista tistħi tgħid li int Malti. Nistħi? Nistħi meta Malta taħt Gvern Laburista hi l-aktar pajjiż fl-UE bl-anqas rata baxxa ta’ nies bla xogħol? Jistħi hu u l-Partit Negattiv (PN) tiegħu li bejn l-1962 u l-1970 telqgħu bilfors minn Malta aktar minn 45,000 emigrant għax il-Partit Negattiv (PN) ma kienx kapaċi joħloq ix-xogħol. Għandu jistħi l-Onor. Azzopardi bl-iskandlu tal-Fekruna, bil-garaxx li ta lil bażużlu nazzjonalist il-belt Valletta. U aktar tbażwier li għamel meta kien Ministru.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend