Ikkonfermat rapport dwar il-kandidatura tal-PN – One News

Notifiki

Ikkonfermat rapport dwar il-kandidatura tal-PN

 

Bl-approvazzjoni ta’ seba’ kandidati biss kien ikkonfermat rapport fil-KullĦadd tal-Ħadd li għadda li din il-ġimgħa l-Partit Nazzjonalista kien se japprova iktar kandidati. Iżda li n-numru kien se jkun wieħed żgħir tant li t-tmexxija xejn ma kienet kuntenta bih. Dan anke għall-fatt li ħafna mill-kandidati huma diġa’ eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista u għalhekk għal darb oħra l-Partit naqas milli jikkonvinċi nies ġodda jkunu kandidati. one.com.mt hu infurmat li hemm minn tal-inqas għaxar persuni b’ċertu profil li kienu mixtieqa f’dan il-grupp iżda qalu le lill-Kummissjoni Kandidati u lil Simon Busuttil.

Minn seba’ approvati, tlieta huma diġa’ kunsillieri u ieħor, Jean Pierre Debono huwa membru fl-amministrattiv għal żmien twil u li kien diġa’ wera x-xewqa li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li għaddiet tant li kien beda l-‘canvassing’ f’Ħaż-Żebbuġ. Peró għal xi raġuni dakinhar kien baqa’ barra.

Fuq Għawdex, fejn il-Partit Nazzjonalista għandu problema kbira jsib kandidati ġodda reġa’ daħal Joe Ellis, li diġa’ kien ikkontesta l-elezzjoni ġenerali fl-1998 mingħajr suċċess. Ellis ma kienx l-ewwel għażla tant li fost oħrajn kienet avviċinata avukat mara li sa issa dejjem qalet le.

Intant, għal darb oħra Simon Busuttil reġa’ qal li “fil-festi tal-Indipendenza ta’ din is-sena, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jixgħel il-magni elettorali tiegħu u mhux se jitfigħhom sal-elezzjoni ġenerali li l-Partit Nazzjonalista hu determinat li jirbaħ.”

Rapport fil-KullĦadd tal-Ħadd jiżvela li kienu se jkunu approvati numru żgħir ta' kandidati
Rapport fil-KullĦadd tal-Ħadd jiżvela li kienu se jkunu approvati numru żgħir ta’ kandidati

 

Il-konferma fil-midja tal-Partit Nazzjonalista
Il-konferma fil-midja tal-Partit Nazzjonalista
Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

2 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend