“BIL-LABOUR TISTĦI LI INT MALTI” – Jason Azzopardi – One News

“BIL-LABOUR TISTĦI LI INT MALTI” – Jason Azzopardi

Fil-ġimgħa li Donald Tusk ġie Malta u qal lill-Prim Ministru li pajjiżna għandu l-aqwa nies biex imexxi l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kiteb li bil-Labour tistħi li int Malti. Fuq Twitter Azzopardi qal li “Lawrence Gonzi kellu raġun: bil-PN, inkunu kburin li Maltin. Bil-Labour nistħu.”

Din id-dikjarazzjoni, li qed issir fi żmien li Malta għandha l-aqwa tkabbir ekonomiku fl-Ewropea u l-inqas rata ta’ qgħad, hija eku ta’ dak li qal Lawrence Gonzi qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013 meta f’mass meeting qal li “Il-labour iġiegħlna nistħu u n-nazzjonalisti jgiegħluna nħossuna kburin.”

Dikjarazzjoni li rrepeta Simon Busuttil qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew meta qal “taħt gvern Nazzjonalista tkun kburi li int Malti, taħt gvern Laburista tistħi tgħid li int Malti.” Fiż-żewġ okkażjonijiet il-poplu ċaħad din it-tip ta’ politika iżda esponenti tal-Partit Nazzjonalista jinsitu biha bl-Azzopardi jkun l-aħħar minn sensiela li esprima dawn il-ħsibijiet.

screen-shot-2016-09-15-at-10-13-56

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

11 Comments

  1. Ma jistax , hu u shabu jaqaw ghal livell ibaxx min dan . LE ahna ma nisthux li Ahna Laburisti , bhal ma ahna Kburin li ahna Maltin idotrinati f socializmu u f drittijiet , ugwali ghal kulhadd fejn il fqir hu stmat daqs sinjur u fejn l edukazjoni u sahha bxejn , imexxu is sissien sodi ta dan il movument u ta din il gzira . Grazzi sur Azzopardi .

  2. Why? Are you sure he was right after he got the biggest defeat in the Maltese history of politics. This kind of militant sensationalism should stop. If the lesson is not yet learned I think your time in politics is over.

  3. Jidher Carr li habieb taghna ma taghallem Xejn MIT telfa ta 36,000 vot ta marzu13. Imma dan Il kumment jiftah ghajnejn dawk li insew x tip ta politka jadottaw. Jekk jistmer lil laburist Fl oppozizjoni… Ara x jaghmel fil gvern

  4. PN can never stomach defeat, let alone a monumental thrashing and humiliation like that of March 2013. And an exposed double wheeling hustler like Jason cannot help coming up with such an imbecilic statement.

  5. Jien nisthi u zgur mmur nistahba meta nivvota kontra Malti bhali. Simon rega` falla f`mument iehor ta` prova. Tkellimt ma` partitarji Nazzjonalisti genwini li jahsbuha bhali. Din il- mossa aktar telfet milli rebhet voti. Il-magguranza tal-Poplu Malti —ghaqda jrid mhux firda.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *