Kellu fil-pusses tiegħu mas-600 gramma kannabis – One News

Notifiki

Kellu fil-pusses tiegħu mas-600 gramma kannabis

Niġerjan ta’ 21 sena inżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli li prova jimporta l-kannabis waqt li kien ġej f’pajjiżna minn Sqallija.

Huwa kien mixli ukoll li importa id-droga,u li kellu fil-pusess tiegħu partijiet tal-pjanta tal-kannabis li skont l-akkużat ma kinetx għal użu personali tiegħu.

L-imputat ġie arrestat ftit wara nofsilejl bejn it-tnejn u it-tlieta propju mal-wasla tiegħu bil-catamaran minn Sqallija. Hawn irriżulta li l-akkużat kellu fuqu madwar 600 gramma droga kannabis.

Huwa wieġeb mhux ħati. Peró ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest. Dan għaliex l-imputat ma għandux residenza f’Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend