L-aċċess għal Manoel Island reġa’ ingħalaq, dan ħabbruh Kamp Emerġenza Ambjent fuq is-sit soċjali ta’ facebook. Dan wara li s-Sibt li għadda, Attivisti mill-Front Emerġenza Ambjent daħlu Manoel Island wara li fetħu permezz tal-għodda l-ħadid li kien qed jgħalaq l-aċċess.
Huma ħadu dan il-pass wara li l-Kunsill Lokali tal-Gżira għamel protest ġudizzjarju u saħansitra organizza protesta biex għamel il-punt li mhux aċċettabbli li l-post huwa magħluq mill-konsorzju MIDI li ma żammx il-kelma tiegħu mal-Gżirjani għal ħafna snin.
Ilbieraħ, l-MIDI plc ħarġet tikkundanna dak li sar nhar l-10 ta’ Settembru, meta tal-Kamp Emerġenza Ambjent daħlu f’Manoel Island u fi stqarrija qalu li se jieħdu l-passi neċċessarji. The Company will be taking the necessary steps in terms of law to safeguard its interests and those of its stakeholders.