Min jitwieled tond ma jmutx kwadru! – One News

Notifiki

Min jitwieled tond ma jmutx kwadru!

Bid-diskors w attitudni ta’ Simon Busuttil, qed ikompli jikkonferma kemm m’huwiex denju li jkun Prim Ministru ta’ pajjiżna. Hemm diversi sitwazzjonijiet li jikkonfermaw l-attitudni infantili tiegħu, iżda l-iktar waħda riċenti hija l-fatt li appoġġja lill-PPE biex jivvutaw kontra l-Malti Leo Brincat.

Nenfasizza fuq il-frażi ‘il-Malti’ għax Leo Brincat huwa rappreżentant ta’ pajjiżna, u mhux ta’ partit politiku.

Iżda għal Simon, David Casa, Roberta Metsola, Therese Comodini Cachia u l-bella kumpanija tal-Partit Nazzjonalista, l-uniku interess tagħhom huwa l-poter u li jiskreditaw lil dawk kollha li ħadmu mal-Partit Laburista. Biegħu lil ħuhom Malti fuq vot konsultattiv, aħseb u ara x’lesti jagħmlu f’vot li jkun finali.

Minjaf x’jogħrku jdejhom Casa u l-bella kumpanija Nazzjonalista ipokrita ta’ pajjiżna. Il-PPE qalulna li se jivvotaw kontra Leo Brincat ‘fl-interess ta’ Malta’. X’interess ta’ Malta jista’ jkollhom dan il-grupp ta’ MEP’s? Tgħid mhux se jahdmu għall-ġid ta’ pajjiżna u fl-istess hin jilbsu l-kappell ta’ pajjiżom! Agħar min hekk huwa meta tisma’ esponenti Nazzjonalisti jirrepetu din il-frażi w lil Simon Busuttil jeżalta u jappoġġja lill-PPE talli se jivvutaw kontra Malti bhalu.

Din hija l-attitudni ta’ bniedem li qed jaspira li jsir Prim Ministru ta’ Malta? Bniedem li ma jaħsibhiex darbtejn biex jaħdem kontra l-interess tal-pajjiż dan kollu għax in-nominant huwa Laburist? Dan huwa s-serħan il-moħħ li qed joffri lill-elettorat Malti? Skreditaw individwu quddiem il-Parlament Ewropew għall-iskopijiet politiċi tagħhom u ġew jaqgħu w jqumu mill-kapaċitajiet tal-individwu għall-kariga li ġie nnominat.

L-istorja riċenti tikkonferma dak li jgħidu missirijietna dwar il-PN – li huma (il-PN) dejjem ħadmu għall-interess tagħhom u tefgħu l-bsaten fir-roti kull meta kienu fl-oppożizzjoni. Kif jgħid sew il-Malti, min jitwieled tond ma jmutx kwadru!

Ta’ QabelLi Jmiss
Chris Balzia għandu 30 sena u jgħix Birżebbuġa. Studja l-inginerija tal-avjazzjoni fil-kulleġġ tal-MCAST. Waqt li kien qed jaħdem f’dan is-settur, reġa’ ssokta bl-istudju tiegħu fejn ggradwa mill-Università ta’ Londra b’Diploma fl-Ekonomija. Bħalissa jinsab għaddej bl-istudji tiegħu għal Degree fil-Management. L-attiviżmu politiku minn dejjem kien jinteressaħ u jassoċja ruħu mal-ideali poltiċi xelluġin. Matul il-hajja studenteska tiegħu kien attiv mal-għaqda Pulse fejn anki serva għal diversi snin fl-eżekuttiv tal- għaqda. L-impenn politiku kompla bl-involviment fil-fergħa tal-Forum Żgħażagħ Laburisti ta’ Birżebbuġa u fl-eżekuttiv tal-FZL mill-2011 sa Frar tal-2016. Apparti l-interess fil-politika, impenn ieħor għal qalbu huwa l-iScouting. Chris ilu membru tal-iScouts mill-eta’ ta' sebgħa snin u baqa’ attiv fl-istess assoċjazzjoni fejn bħalissa jokkupa l-kariga ta’ Scout Leader mall-grupp ta' Birżebbuġa.

3 Comments

  1. Ilhi s-snin nikteb li l-PN fir-realta qatt ma kien nazzjonalista. Anzi kien u għadu Partit Negattiv (PN). U hekk nindirizzaħ jien. Dan ma niktbux bi ksuħat. Għax l-istorja kerha tal-Partit Negattiv (PN) tixhed dan. Biżżejjed infakar li l-Partit Negattiv (PN) dam madwar jiġġieled kontra ilsien Malti. Dam sa mill-anqas mill-1927 sa l-1939 partit pro-faxxista.

    Il-Partit Negattiv (PN) mhu lest li jaċċetta l-ebda persuna għal dominazzjoni mill-Gvern Laburista. Jekk iva il-Partit Negattiv (PN) jagħti l-barka tiegħu lil Partit Popolari Ewropew (PPE). Jekk le ma jagħtiex l-approvazzjoni tiegħu lil PPE.

    Aħna l-Laburisti ma nistgħux nitilfu rasna kif għamilna fis-snin tmenin tas-seklu l-ieħor. Għax il-Partit Negattiv (PN) u l-alleati kollha tiegħu qed jarġu jaħdmu biex jistabilizzaw lil Gvern Laburista u lil Malta. Għax jafu sew li l-ekonomija soda li ħoloq u għadu joħloq il-PM Joseph Muscat u l-gvern tiegħu. Kissru lil Partit Negattiv (PN) li ser jarġa jitlef l-elezzjoni ta’ l-2018.

    Ta’ l-aħħar. Ktibtha u narġa niktibha. Għad irridu nispiċċaw bil-bombi, bil-konffofi, pjanijiet djaboliċi biex il-Partit Negattiv (PN) jarġa jaħtaf il-poter f’idejħ.

    J’ALLA JNKUN PROFETA FALZ!!

  2. Pero jekk Leo Bribcat rapprezentant Malti u mhux tal partit alxiex ivvota xqallu ‘l partit u mhux rraprezenta lil poplu Malti fuq il vot tal ministru tal energija?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend