“Inċert u taħt pressjoni” – ir-reazzjoni għall-“gost” ta’ Busuttil – One News

Notifiki

“Inċert u taħt pressjoni” – ir-reazzjoni għall-“gost” ta’ Busuttil

B’reazzjoni ta’ xi ħadd li huwa inċert u taħt pressjoni minn dawk ta’ madwaru, Simon Busuttil ħareġ jgħid li ħa gost li l-Partit Popolari Ewropew li miegħu huwa affiljat il-Partit tiegħu se jkun qed jivvota kontra n-nomina ta’ Leo Brincat fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Innota dan fi stqarrija l-Partit Laburista.

Żied li dan kollu ntqal fl-istess ġurnata li Donald Tusk, il-President tal-Kunsill Ewropew, żar pajjiżna u ddikjara li Malta hija l-aqwa pajjiż fl-Ewropa. “Minflok Busuttil ħa pjaċir b’ċertifikat bħal dan, ħa pjaċir li huwa u sħabu fil-PPE se jkomplu jagħmlu l-bsaten fir-roti u jagħtu l-gambetti lil Malta,” qal il-Partit Laburista.

Il-Partit Laburista żied jgħid li l-poplu qed jara bil-fatti d-differenza bejn min irid aktar firda sforz l-inċertezza u l-pressjoni li għandu madwaru u min bil-fatti jaħdem fl-aħjar interess tal-pajjiż, billi fost l-oħrajn f’nomini ta’ dan it-tip, il-Partit Laburista vvota favur Malta u mhux skont l-isem u minn fejn ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

7 Comments

  1. Ghalkemm drajna l- kummenti assurdi ta’ SB u ghalkemm drajna li l-PN fl- oppozizzjoni hlief hsara lil kull m’ hu Malti u Ghawdxi ma taghmilx, xorta wahda bil- kemm stajt nemmen li dak li rajt u smajt f’dan il- video kien veru. Bil- fors li biex lissen Dan il- kliem moqziez SB jinsab fi stat ta’ paniku totali u qed jiggieled ghal postu ma ta gewwa ta’ kuljum. Ma jistax ikun li ma jafx li Dan il- kliem qed igib l- istmerrija ta’ dawk kollha f’ pajjizna li ghandhom rieda tajba.

  2. Dan nesa li meta il-gvern nazzjonalista kien innomina lil Louis Galea ghall-I stess kariga, l-oppozizzjoni laburista ta’ dak iz-zmien kienet issapportjajtu minkejja r-rizervi serji li kien hemm rigward kazi fejn l-istess kien responabbli ghalihom bhal l-kaz ta’ l-awziljari, bini ta’ skejjel, etc etc. Il-vera jobghoduh lil dan il-pajjiz. Minghalihom li huma xi razza superjuri u aljeni ghal Maltin. Isthu

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend