Ħarġu għall-kaċċa, u ma daħlux lura d-dar | One News

Notifiki

Ħarġu għall-kaċċa, u ma daħlux lura d-dar

Bħal-lum 58 sena għall-ħabta tas-18:00, inħasdet il-ħajja ta’ Fredu u Karmenu Spiteri minn Ħal-Luqa, żewġt’aħwa ta’ 17 u 21 sena rispettivament li mietu b’sajjetta. Tkellimna ma’ ħuhom, Leli Spiteri, li jirrakkonta x’ġara, f’ġurnata li kellha tkun waħda bħall-oħrajn.

“Aħna l-kaċċa minn dejjem konna nħobbuha. Minn sitt aħwa, ħamsa irġiel, għallura tista’ tgħid li kbirna fil-kaċċa.

Ħriġna għall-kaċċa normali f’temp bnazzi, aħna l-aħwa flimkien ma’ missieri u z-zijiet.” Jiddeskrivi kif malli raw it-temp jissaħħab, flimkien ma’ missieru u ħutu l-oħra qabdu t-triq lejn id-dar.

Leli flimkien ma’ missieru u ħutu l-oħra kienu mexjin warajhom, ftit passi ’l bogħod minnhom.

“F’daqqa waħda bdiet nieżla x-xita, għamlet maltempata, laqtithom sajjetta, smajna t-twerżieq, laqtithom u qatlithom.”

58 sena wara, hija plakka fi triq kwieta mdawra bir-raba’ u bl-għelieqi li tfakkar il-memorja taż-żewġ żgħażagħ, li kieku llum għandhom 75 u 79 sena.

screen-shot-2016-09-13-at-16-35-55

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend