Akkużat li għen lil bint l-Imnieħru tisraq flus il-ġenituri tagħha – One News

Notifiki

Akkużat li għen lil bint l-Imnieħru tisraq flus il-ġenituri tagħha

Il-Maġistrat Ian Farrugia sema’ l-aħħar argumenti f’każ fejn ċertu Luke Farrugia qed ikun akkużat li għen lil bint Mario Camilleri l-Imnieħru, illum mejjet, tisraq lil ġenituri tagħha.

Is-somma li allegatament kienet misruqa titla’ għal kważi LM 30,000. Farrugia huwa akkużat b’kompliċità fuq is-serq ta’ LM19,000. Sarah Camilleri kienet kisbet il-maħfra ta’ omma iżda Farrugia għadu qed jiffaċja l-ġustizzja akkuża b’kompliċità u li gawda mill-istess flus.

Is-Supretendent Carmelo Bartolo spjega kif kien hemm okkażjoni, fl-2005, meta t-tfajla kienet irrapporta nieqsa flimkien ma’ ammont ta’ flus imfaddla biex jitħallas il-ħelsien mill-arrest ta’ missierha. Bartolo qal li meta kienet instabet Farrugia qalet li riedet tgħin lil Farrugia jirranġa l-karozza.

L-akkuża hi li l-ewwel ħadet LM6,000, imbagħad LM2,000 oħra biex għaddew għand Farrugia. Id-difiża ta’ Farrugia ddubitat bil-kbir mill-kredibbiltà tat-tfajla u fakkret kif l-ewwel verżjoni li tat lill-ġenituri tagħha kienet dik li ħatfuha. Wara marret l-għassa ta’ San Ġiljan u qalet li kienet qed tibża’ mill-ġenituri iżda qatt ma qalet li serqet il-flus.

Is-sentenza f’dan il-każ tingħata f’Jannar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend