Fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn mutur f’Ħaż-Żabbar – One News

Notifiki

Fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn mutur f’Ħaż-Żabbar

Anzjan ta’ 81 sena residenti Bormla jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident stradali tard ilbieraħ filgħaxija fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħaż-Żabbar.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel safa’ imtajjar minn mutur tat-tip Yamaha li kien qiegħed jiġi misjuq minn raġel ta’ 28 sena residenti Marsaskala.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr A Micallef Trigona LL.D li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ Ħaż-Żabbar għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend