Żewġ żgħażagħ arrestati wara li kissru l-ħġieġa ta' bieb ta' ħanut tax-xorb | One News

Notifiki

Żewġ żgħażagħ arrestati wara li kissru l-ħġieġa ta’ bieb ta’ ħanut tax-xorb

Żewġ żgħażagħ – wieħed ta’ sbatax u l-ieħor ta’ sittax –il sena – it-tnejn residenti San Pawl il-Baħar, kienu arrestati aktar kmieni dal-lejl u qed jinżammu mill-Pulizija għal aktar stħarriġ.

Dan wara li għall-ħabta tat-tlieta, il-Pulizija daħlitilha telefonata anonima li xi ħadd kien għadu kemm kisser ħġieġa ta’ bieb ta’ ħanut tax-xorb. Il-Pulizija marru minnufih fil-post – fi Triq il-Ħalel f’San Pawl il-Baħar, fejn sabu xi ħġieġ imkisser fuq il-bankina quddiem l-istess bar.

Il-Pulizija daħlet fil-bar u identifikat ruħha, fejn ħareġ iż-żagħżugħ ta’ sbatax –il sena minn kamra li kien mistoħbi fiha. Ftit wara, il-Pulizija sabet iż-żagħżugħ l-ieħor ta’ sittax –il sena li kien mistoħbi f’kamra fuq wara tal-istess bar.

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li ma kien insteraq xejn mill-bar, madanakollu l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend