Skema li tixbaħ il-ħasil ta’ flus… il-PM dwar is-self sigriet ta’ Busuttil – One News

Notifiki

Skema li tixbaħ il-ħasil ta’ flus… il-PM dwar is-self sigriet ta’ Busuttil

Il-kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil għandu jippubblika b’mod immedjat l-ismijiet tan-nies li tawh il-flus għall-iskema ċedoli. Stqarr dan il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu waqt intervent fuq One Radio.
Huwa saħaq dan wara li dalgħodu l-kap tal-Oppożizzjoni ftaħar li ġabar tliet miljun ewro mill-iskema Ċedoli li l-Prim Ministru argumenta li Simon Busuttil ivvinta biex jaħrab mil-liġi tal-finanzjament tal-partiti.

Joseph Muscat fisser kif Simon Busuttil m’għandux idur mal-lewża u żied jgħid li l-Partit Laburista qatt m’hu ħa jagħmel skema bħal tal-Partit Nazzjonalista b’xebħ kbir ma’ sistema ta’ ħasil ta’ flus.

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar l-azzjoni li ħa l-gvern fil-konfront tal-operaturi tal-fish farms. Hawn immarka l-inkonsistenza ta’ Simon Busuttil u staqsa x’inhi raġuni.

“L-ewwelnett jiġini dubju li n-nies tal-fish farms daħlu f’din l-iskema taċ-ċedoli, li tawh il-flus u li minħabba li tawh il-flus tkellem kif tkellem din il-ġimgha biex jaqbeż għalihom kontra kull sens komun. Kontra mhux biss l-opinjoni pubblika iżda anke kontra r-raġunament kollu li jipprova jibni hu stess. Allura bilfors jiġik id-dubju, li dawn in-nies imdaħħlin f’tal-fish farms tawh il-flus bil-famuża skema taċ-ċedoli.”

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Il-PN forsi qed jipprova jtella’ l- moral tal- partitarji Izda fil-fatt m’hu jaghmel xejn ghajr izid is- suspetti. Billi jrid idur mal- ligi u jahbi fil-verita xejn am jista’ jigi ivverifikat. Min ta l- flus? Minn fejn gew? Kemm flus ta kull individwu?

  2. Din kif konna għedna mill-ewwel li din kienet biss messinxena ħalli l-flus li kellhom moħbija li Alla biss jaf minn fejn kienu ġew jidhru li tawhomlom biċ-ċedoli.
    Min jaf jekk konniex qed inħallsuhom aħna taxpayers mit-taxxi tagħna bħal ma għandi kull dritt naħseb li konna qed inħallsu l-ħaddiema tagħhom li l-=għada tal-elezzjoni bagħtuhom ‘il barra u qabel ma kellhom ebda problema biex iħallsuhom?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend