Festa ta’ ħut fil-villaġġ ta’ Marsaxlokk – One News

Notifiki

Festa ta’ ħut fil-villaġġ ta’ Marsaxlokk

Illum il-villaġġ ta’ Marsaxlokk, inbidel f’festa ta’ ħut hekk kif għaddejja attivitá bl-isem “Mir-Raħal tas-Sajjieda.” Matul il-ġurnata tal-Ħadd jispikka t-talent Xlukkajr f’numru ta’ attivitajiet mifruxa max-xatt.

Fost dawn l-attrazzjonijiet hemm it-tisjir tal-ħut minn kok professjonali, l-logħob tal-passju, għana, kant tradizzjonali Malti kif ukoll kompetizzjoni bejn id-dilettanti tas-sajd tal-qasba.
Attrazzjoni oħra kienet dik spontanja, hekk kif sajjied partikolari kien qed jiżbogħ il-luzzu tiegħu li saret xena rari fix-Xatt tas-Sajjieda hekk kif illum il-ġurnata il-bċejjeċ tal-injam dejjem qed jonqsu.

hut-3

Din l-attivitá qed tkun organizzata għall-ewwel darba mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk b’kollaborazzjoni ma’ Segretarjat Parlamentari għall-Biedja u Agrikultura u dak tal-Gvern Lokali. Il-festa ta’ ħut bdiet fis-6.00a.m u se tkompli sas-18.00p.m.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend