RABJA wara test nukleari li nħass qisu terremot – One News

Notifiki

RABJA wara test nukleari li nħass qisu terremot

Mexxejja ewlenin madwar id-dinja qed jirreaġixxu b’rabja hekk kif il-Korea ta’ Fuq wettqet il-ħames u l-ikbar test nukleari s’issa. Il-Korea ta’ Isfel qed takkuża lill-mexxejn tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un li qed jaġixxi qisu għandu manija.

Iċ-Ċina qed topponi dan l-ittestjar b’mod assertiv għall-aħħar, filwaqt li l-Ġappun ukoll semma’ leħnu. L-Istati Uniti qalu li se jkun hemm konsegwenzi serji.

Dawn it-tip ta’ testijiet huma mċaħħda min-Nazzjonijiet Magħquda, iżda l-pajjiż iżolat u komunist tal-Korea ta’ Fuq qed jirreaġixxi b’rabja għal dak li jemmen huwa theddid u sejre ta’ sanzjonijiet minn ‘forzi ostili Amerikani’.

It-test sar meta l-pajjiż jiċċelebra jum nazzjonali, li jfakkar meta ġie stabbilit ir-reġim u spiss jintuża bħala wirja tas-saħħa militari tiegħu.

It-test ħalla impatt qawwi tant li mmarka qawwa ta’ terremot.  Dak li jmiss issa huwa serje ta’ deċiżjonijiet diffiċli. Pajjiżi barranin jistgħu jaqtgħu għall-kollox il-proviżta ta’ żejt lejn il-Korea ta’ Fuq, iżda dan ikun ifisser tbatija liċ-ċittadini komuni. Hemm ukoll il-fatt li ċ-Ċina aktar ma titieqx li jisfaxxa r-reġin fi Pyong Yang, għax hemm ikun hemm il-possibiltà li jinħoloq vojt li jintela’ minn forzi Amerikani jew dawk qribhom.

Earthquake and Volcano Monitoring Division of South Korea's Meteorological Administration

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend