Lejl ta’ biża’… 45 persuna maqbuda fl-ajru – One News

Notifiki

Lejl ta’ biża’… 45 persuna maqbuda fl-ajru

Għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ biex jinħelsu mal-45 turist li qattgħu l-lejl imdendlin fil-funikulari fuq Mont Blanc, fl-Alpi Franċiżi.
Dan f’għoli ta’ 3,800 metru, ekwivalenti għal aktar minn 1,1000 sular. Inizzjalment kienu 110 l-persuni maqbuda fil-funikulari, madanakollu uħud kienu salvati tard ilbieraħ wara nofsinhar permezz ta’ ħelikopters.
Huwa mifhum li l-cable cars waqfu jaħdmu hekk kif minħabba r-riħ qawwi, tgħaqqdu l-cables li kienu qed iżommuhom fl-għoli. L-awtoritajiet jinsabu f’kuntatt mal-persuni maqbuda fil-funikulari, b’uffiċjali Taljani u Żvizzeri qed jieħdu sehem fil-ħidma ta’ salvataġġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend