Festa ta' ikel Ċiniż fil-Fgura | One News

Notifiki

Festa ta’ ikel Ċiniż fil-Fgura

 2Minds Events b’kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Fgura, għal darb’oħra ser jerġgħu jtellgħu iċ-Chinese Food Festival.  Dan ser ikun nhar is-Sibt, 24 ta’ Settembru fi Vjal Kottoner, il-Fgura mis-6pm ‘l quddiem. Din se tkun it-tieni edizzjoni.

Din is-sena ser ikun hemm kumdità sħiħa għat-tisjir neċessarju kollu. Filfatt it-triq ser tigi magħluqa biex b’hekk jintrama’ stage bil-partecipazzjoni ta’ ħafna skejjel ta’ zfin.

Ser ikun hemm diversi tipi ta’ ikel Ċiniz, preżentat fi platters għal prezz konvenjenti. Se jkun hemm ukoll xogħol tal-artiġjanar Ċiniż u zona għat-tfal. Biex kulħadd ikum moqdi fl-iqsar ħin possibli, se jkun hemm numru ikbar ta’ postijiet fejn wieħed jista’ jħallas.

Id-dħul se jkun bla ħlas.

 screen-shot-2016-09-09-at-13-29-54

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend