AĠĠORNATA: Identifikat l-katavru li nstab mejjet fil-baħar f'Wied il-Għajn | One News

Notifiki

AĠĠORNATA: Identifikat l-katavru li nstab mejjet fil-baħar f’Wied il-Għajn

Dalgħodu għall-ħabta tal-10.30a.m, intlemaħ katavru ta’ sess maskili f’wiċċ il-baħar fil-Munxar, limiti tal-Bajja ta’ San Tumas, Marsaskala. Minnufih issejħet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li permezz tal-Melita 1 marru fuq il-post.  Hemmhekk ġie innutat katavru, li ttella’ fuq il-dgħajsa u ddaħħal ġewwa Xatt it-Tiben.

Matul l-operazzjoni, raġel mar fuq il-post u informa lill-Pulizija li l-katavru seta’ kien ta’ missieru li kien niżel jgħum fiż-żona kmieni filgħodu. Aktar tard huwa ddentifika li kien missieru, wara li ngħata deskrizzjoni tal-katavru li nstab.

Awtopsja fuq il-kadavru mistennija titfa aktar dawl fuq il-każ.

Bis-sejba ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr J Mifsud LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar informazzjoni isegwi.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend