In-nies jibdew mit-triq! – One News

Notifiki

In-nies jibdew mit-triq!

Hekk kif illum, pajjiżna qed jiċċelebra Jum il-Vitorja, bosta kienu dawk li ddeċidew li jżuru l-Forti Sant’ Anġlu li matul il-jum tal-Ħamis huwa miftuħ għall-pubbliku. Kif jidher tajjeb f’dawn ir-ritratti mijiet qed joħonqu t-triq biex huma wkoll ikunu jistgħu igawdu veduta spettakolari kif ukoll jgħixu l-passat.

sant-anglu-triq

B’ differenza minn attivitajiet passati, l-pubbliku għandu wkoll aċċess għal-parti ta’ fuq tal-forti u jista’ jżur il-bitħa tal-Palazz Maġisterjali kif ukoll il-kappella ta’ Sant’ Anna u l-madwar tagħha. Jekk iżżur din il-Forti, llum tista’ tinforma ruħek permezz ta’ żjarat bi gwida bejn il-11.00a.m u t-15.00p.m.

sant-anglu-cover-final

Tistgħu tieħdu sehem ukoll fid-diversi attivitajiet li se jiġu organizzati matul il-jum, kif ukoll tgawdu ix-xogħlijiet tar-restawr li għadhom kemm ġew varati. Benefiċċju ieħor huwa li permezz tal-pożizzjoni strateġika tal-Forti, wara nofsinhar tista’ saħansitra isegwi t-tiġrijiet tant mistennija tar-Regatta minn fuq il-Forti.

nies

Il-prezz tad-dħul huwa ta’ €2, bil-ħinijiet tal-ftuħ ikunu bejn id-9.00 am u s-6.30 pm, bl-aħħar dħul isir fis-6.00 pm.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend