Ġieli mort tiddeverti u esperjenzajt xi tip ta’ fastidju sesswali? – One News

Notifiki

Ġieli mort tiddeverti u esperjenzajt xi tip ta’ fastidju sesswali?

Ġieli mort f’xi stabbiliment tad-divertiment u tiddejjaq b’xi kummenti li jgħaddulek jew esperjenzajt xi tip ta’ fastidju sesswali? Dwar dan aġenzija fir-Renju Unit għamlet riċerka.

 

Minn riċerka li saret jirriżulta li terz tal-istudenti li jistudjaw fir-Renju Unit jesperjenzaw xi tip ta’ fastidju sesswali meta jmorru f’xi stabbiliment tad-divertiment.

Skont din ir-riċerka, iżjed minn 50% tat-tfajliet ingħataw attenzjoni li ma kinux qed ifittxu, filwaqt li l-fastidju sesswali kien ikklasifikat bħala l-iktar raġuni popolari ta’ esperjenza negattiva meta l-istudenti joħorġu jiddevertu.

Fuq din il-lista nsibu wkoll aktar sitwazzjonijiet li jħallu effett negattiv fuq dawn l-istudenti fosthom:

  • L-effetti ta’ xorb eċċessiv
  • Il-ġlied fl-istabbilimenti ta’ divertiment

Dwar dan, l-Ingliżi għażlu li jagħmlu kampanja biex iħeġġu liż-żgħażagħ jitkellmu meta jesperjenzaw xi fastidju sesswali. Kelliem ta’ din il-kampanja spjega, li meta persuna tagħti fastidju sesswali kontra r-rieda tal-persuna l-oħra, legalment dan jiġi abbuż sesswali.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend