Biża ta’ attakk terroristiku f’Pariġi – One News

Notifiki

Biża ta’ attakk terroristiku f’Pariġi

Wara l-attakki terroristiċi f’Pariġi, tkompli l-ħidma tal-Pulizija hekk kif il-pajjiż għadu fuq allert. Il-Pulizija arrestat żewġ persuni wara li nstabet karozza mimlija ċilindri tal-gass f’Pariġi.
Il-vettura ma kinitx reġistrata, u nstabet fejn il-Katidral ta’ Notre Dame. Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li dawn iċ-ċilindri tal-gass kienu qegħdin f’din il-karozza bħala parti minn prova ta’ attakk terroristiku.

gas

Iż-żewġ persuni arrestati kienu segwaċi tal-estremisti Iżlamiċi. Is-sid tal-karozza kien interrogat mill-Pulizija iżda inħeles wara ftit ħin, filwaqt li bintu nżammet mill-Pulizija għall-interogazzjoni hekk kif hija wkoll magħrufa bħala segwaċi tal-estremisti Iżlamiċi.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend