Aktar kuxjenza u għarfien fost il-pubbliku dwar id-dimensja | One News

Notifiki

Aktar kuxjenza u għarfien fost il-pubbliku dwar id-dimensja

Il-lokalitá ta’ San Lawrenz se tkun l-ewwel raħal dikjarat bħala dementia-friendly. In-nies tal-lokal se jkunu jistgħu joffru għajnuna u assistenza lill-persuni milqutin mid-dimensja permezz ta’ numru ta’ inizjattivi li introduċa dan il-Gvern.

Dwar dan is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana fissret kif l-inizjattivi li saru fl-aħħar sentejn qed iqajmu aktar kuxjenza u għarfien fost il-pubbliku dwar din il-kundizzjoni, li qiegħda tiżdied aktar ma’ titwal il-ħajja fost l-anzjani.

Fost dawn l-inizjattivi nsibu:

  • Il-Helpline 1771 li topera 24 siegħa kuljum
  • Spazzji addattati għal anzjani li jbagħtu minn din il-kundizzjoni
  • Ċentru Respite f’Għawdex

Inizjattiva importanti oħra kienet dik li ngħata taħriġ speċjalizzat lill-impjegati fil-qasam tal-anzjani. Dwar dan is-Segretarju Parlamentari għamlet referenza għat-taħriġ li ngħata lil dawk li jissejħu ‘informal carers’, jiġfieri l-istess membri tal-familja li fl-ewwel lok iridu jiffaċċjaw is-sitwazzjoni li tinħoloq meta l-qarib jew qariba tagħhom jintlaqtu mid-dimensja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend