Afrikan akkużat bi frodi – One News

Notifiki

Afrikan akkużat bi frodi

Afrikan ta’ 35 sena li joqgħod Tas-Sliema, qed jinżamm arrestat wara akkużi ta’ frodi b’dannu għal Spanjola ukoll residenti Malta.Huwa qed jiġi akkużat li f’Lulju tas-sena l-oħra qarraq bil-mara billi qal li kien negozjant, u kkonvinċiha tagħti mal-ħmistax –il elf ewro fi flus biex jiġu investiti. Akkużi li huwa ċaħad.

Kien meta l-mara rat ritratt tiegħu fuq is-sit soċjali Facebook b’isem differenti minn dak li kien taha, li għamlet kuntatt mal-Pulizija, hekk kif wara li tagħtu l-flus, kienet tilfet kull kuntatt minn miegħu.
Minn hemmhekk bdew l-investigazzjonijiet tal-Pulizija sakemm l-akkużat ġie arrestat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend