Jekk twelidt b’ċesarja, ibża’ aktar mill-obeżità – One News

Notifiki

Jekk twelidt b’ċesarja, ibża’ aktar mill-obeżità

Trabi li twieldu b’ċesarja għandhom probabiltà ogħla li jkunu obeżi aktar tard f’ħajjithom, speċjalment meta mqabbla ma trabi oħra li ma twieldux b’ċesarja.

Permezz ta’ kitba fil-JAMA Pediatrics, publikazzjoni tal-Assoċjazzjoni Medika Amerikana, riċerkaturi kkonkludew li trabi li jitwieldu b’mod naturali jkunu esposti għal ċertu batterji fl-imsaren, li għandhom rwol importanti fil-mod kif il-ġisem jirregola dak li jiekol.

L-istudju segwa aktar minn 22,000 tarbija hekk kif dawn kibru u saru adulti.

Minkejja r-rabta bejn ċesarji u obeżità, esperti qalu li hemm diversi fatturi li jikkontribwixxu għall-ħxuna sa mill-bidu nett. Dawn jinkludu d-dieta tal-omm, jekk l-omm kellhiex diabete fit-tqala u jekk it-tarbija ngħatatx ħalib tal-omm. Sintendi, d-dieta tat-trabi fl-ewwel snin tagħhom kienu fatturi determinanti wkoll.

Trabi li jitwieldu b’ċesarja għandhom inqas probabiltà li jieħdu l-ħalib tal-omm, u dan minnu nnifsu ma jgħinx fil-ġlieda kontra l-obeżità.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend