Jagħti daqqa ta’ ponn lil tarbija ta’ ħamest’ijiem f’nofs supermarket – One News

Notifiki

Jagħti daqqa ta’ ponn lil tarbija ta’ ħamest’ijiem f’nofs supermarket

Il-Pulizija arrestaw raġel wara li nfexx f’attakk fuq tarbija f’nofs supermarket ta’ Tesco f’Manchester.

It-tarbija ta’ ħamest’ijiem Elsie Dukcers, li tiżen 2.72 kilo, kienet fil-pram meta ġiet avviċinata minn raġel li sema ħbieb tiegħu jifirħu biha u stiednuh biex jammiraha.

Omm it-tarbija, li għandha 27 sena, setgħet biss tħares ċass hekk kif f’ħakka t’għajn ir-raġel fajrilha daqqa ta’ ponn u rtira lura meta t-tarbija bdiet twerżaq. Assistiet għal din ix-xena oħt it-tarbija li għandha seba’ snin (li tidher fir-ritratt) u missierha li għandu 24 sena.

L-omm qalet li d-daqqa tant kienet b’saħħitha li nstema’ l-impatt bejn id ir-raġel u l-ġisem ċkejken ta’ Elsie. Din kienet l-ewwel ħarġa tagħha minn meta twieldet.

Ir-raġel wara qal li ħaseb li t-tarbija kienet ġugarell u mhux ta’ vera. It-tarbija kellha tingħata kura għal diversi sigħat wara l-inċident.

Screen Shot 2016-09-07 at 12.24.41

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend