F’Jum il-Vitorja tista’ issegwi r-regatta minn Forti Sant’ Anġlu – One News

Notifiki

F’Jum il-Vitorja tista’ issegwi r-regatta minn Forti Sant’ Anġlu

Nhar il-Ħamis 8 ta’ Settembru, f’Jum il-Vitorja, tista’ żżur il-Forti Sant’ Anġlu. Il-pubbliku, b’differenza minn attivitajiet passati, se jkollu aċċess għall-parti ta’ fuq tal-forti u jkun jista’ jżur il-bitħa tal-Palazz Maġisterjali kif ukoll il-kappella ta’ Sant’Anna u l-madwar tagħha. Tistgħu tieħdu sehem ukoll fid-diversi attivitajiet li se jiġu organizzati matul il-jum, kif ukoll tgawdu ix-xogħlijiet tar-restawr li għadhom kemm ġew varati.

L-attivitajiet jibdew nofs siegħa wara l-ftuħ tal-forti:

  • 9.30a.m se ssir quddiesa fil-Kappella tan-Nativitá
  • 10.30a.m Ċerimonja ħdejn il-monument li jfakkar ir-rebħa fl-Assedju l-Kbir
  • 12.00p.m se ssir quddiesa fil-kappella ta’ Sant’ Anna (li tinsab fil-parti ta’ fuq tal-forti)

Biex il-pubbliku jkun mgħarraf aktar dwar il-forti u l-użu tagħha matul is-snin, Heritage Malta se torganizza żjarat bi gwida fil-11.00am u fit-3.00pm, bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Spjega oħra dwar l-użu ta’ dan il-forti se ssir permezz ta’ rappreżentazzjonijiet minn gruppi ta’ re-enactment.

Benefiċċju kbir li tgawdi minnu Forti Sant’Anġlu, dovut ukoll għall-pożizzjoni strateġika tagħha fil-ponta tal-Birgu, hija l-veduti mill-isbaħ tal-Port il-Kbir. Għalhekk din l-attivitá se sservi wkoll ta’ opportunitá biex il-pubbliku jsegwi t-tiġrijiet tradizzjonali tar-Regatta tal-Vitorja li jsiru fl-istess port wara nofsinhar.

Il-prezz tad-dħul huwa ta’ €2, bil-ħinijiet tal-ftuħ ikunu bejn id-9.00 am u s-6.30 pm, bl-aħħar dħul isir fis-6.00 pm.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend