Segwi s-smigħ ta’ Leo Brincat – One News

Notifiki

Segwi s-smigħ ta’ Leo Brincat

16:40 Is-smigħ intemm u issa jonqos biss li nkunu nafu jekk in-nomina ġietx approvata.

16:25 Qal li qatt ma kien anti-Ewropa, dwar iż-żmien meta kienet ikkunsidrata d-dħul ta’ Malta fl-UE. Illum-il ġurnata, Malta qed turi biċ-ċar kemm hi pajjiż li tħaddan l-ideali Ewropej.

16:22 Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri teħtieġ tiftaħ l-orizzonti tagħha u mhux biss ikollha rapporti u rakkomandazzjonijiet, iżda tara li dawn ikunu implimentati,

16:16 Leo Brincat qal li l-banek li kien assoċjat magħhom, qatt ma kien shareholder, CEO, jew fil-bord ta’ diretturi, u għalhekk ma kienx responsabbli minn deċiżjonijiet li setgħu ħadu.

16:05 Mistoqsi fuq il-vot ta’ no-confidence fil-Parlament Malti b’rabta mal-kwistjoni Panama Papers, Leo Brincat qal li l-vot tiegħu ma kienx deċiżiv. Qal li dan ma kienx każ ta’ ‘free vote’, u ma kellux għażla fil-mod kif ivvota. Qal li minkejja li kkonsidra li jirriżenja, xtaq jibqa’ jaħdem fl-istruttura tal-Partit, għax b’hekk seta’ jkun ta’ influwenza internatment.

Aktar Kmieni

Dan is-smiegħ kellu jsir f’Ġunju li għadda iżda ġie pospost minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Dawn ix-xhur fissru studju, riċerka u preparazzjoni biex Brincat jilħaq l-aspettattivi tal- Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.

Dan huwa l-istess kumitat li m’approvax il-ħatra tal-avukat Toni Abela wara li saret kampanja qalilha kontrih fejn anke tqassmu dossiers sigrieti bl-istess propoganda tal-Partit Nazzjonalista.

L-esperjenza li għandu Leo Brincat fis-settur finanzjarju se tkun essenzjali għalih waqt li jwieġeb għadd ta’ mistoqsijiet li se jsirulu u dawn immarkahom f’mistoqsijiet bil-miktub li ta lill-membri tal-Parlament Ewropew.

Biex issegwi s-smigħ ta’ Leo Brincat quddiem il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, AGĦFAS HAWN. 

leo

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend