Kontro protest: Setgħet tingħata amnestija, iżda ma sarx hekk – One News

Notifiki

Kontro protest: Setgħet tingħata amnestija, iżda ma sarx hekk

Is-Segretarju Parlamentari, Deborah Schembri, spjegat kif l-iskema ta’ regolarizazzjoni li għamlet l-Awtoritá tal-Ippjanar hija sont il-liġi. Dan meta wieġbet protest ġudizzjarju li għamlu kontra tagħha u biex jiġġieldu l-iskema l-għaqdiet Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth, Din l-Art Ħelqa u Ramblers Assocation.

L-iskema, li kienet wiegħda elettorali, tfisser  opportunità unika lis-sidien ta’ proprjetà biex japplikaw u jirregolarizzaw żviluppi mhux konformi mal-liġi ġaladarba  jinsabu fil-konfini ta’ żoni ta żvilupp.

Dan biex jissolvew problemi li għal snin twal tħallew taħt it-tapit u li kienu qed ifissru piż għall-familji meta jiġu biex ibiegħu djarhom.

Fil-kontro protest Schembri qalet li bil-liġi setgħet tiddeċiedi favur amnestija, iżda mhux talli ma sarx talli kien kull talba hija suġġet ta’ skrutinju. Fejn hemm każi li t-talba se tkun irrifjutata.

Dan kuntrarju għal dak li sar fi żminijiet oħra fosthom fi żmien gvern nazzjonalista.

Deborah Schembri fakkret li l-applikazzjonijiet se jinstemgħu quddiem il-Kummissjoni li l-proċeduri tagħha se jkunu miftuħin għall-pubbliku u mhux “deċiżi fil-moħbi” kif allegaw l-għaqdiet ambjentali.

Filwaqt li kull min oġġezzjona f’xi żmien għal żvilupp kontra l-liġi li fuqu nħarġet ordni ta’ infurzar se jkun mgħarraf bl-applikazzjoni għal regolarizazzjoni jekk kemm -il darba din issir.

Fuq kollox, jgħid il-kontro protest, kull persuna li ġiet affettwata minn xi deċiżjoni għandha dejjem id-dritt tikkontestaha.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend