Il-logħba 90 minuta, mhux taqsima – One News

Notifiki

Il-logħba 90 minuta, mhux taqsima

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Pietro Ghedin qal li l-logħba hija 90 minuta u mhux taqsima u għalhekk filwaqt li kien kuntent ħafna bil-wirja tat-tim fl-ewwel nofs tal-logħba, ma setax jgħid l-istess għat-tieni nofs. Ghedin kien qed jitkellem dwar il-logħba kontra l-Iskozja li l-Maltin tilfu bl-iskor ta’ 5-1.

Il-kowċ ma naqasx milli jirrimarka dak li qalu kważi dawk kollha li segwew il-logħba, li d-deċiżjonijiet tar-referee kienu ħafna mscottwodrabi żbaljati, inkluż il-penalty li bidel il-logħba.

Però logħba bħal din hija realizazzjoni kemm it-tim Malti fadallu iktar x’jaqdef.

“Ħejjejna tajjeb għal din il-partita iżda meta taħseb li tkun qiegħed tajjeb u kif suppost, tirrealizza li jkun għad jonqsok ħafna aktar. M’hemmx dubju li l-Iskoċċiżi kienu l-aħjar tim u agħar minn hekk, hu tim li jibqa’ ġej sal-aħħar anki meta kien jaf li kien żewġ gowls minn fuq u bi plejer u tnejn aktar,” qal Ghedin.

Il-logħba li jmiss issa hija ikbar u iktar diffiċli. F’Wembley t-tim nazzjonali Malti se jilgħab kontra l-Ingliżi. Malta se tkun mingħajr Luke Gambin u Jonathan Caruana li tkeċċew –  tkeċċijiet li wkoll ħolqu ċerti dubji.

Intant, il-kowċ tal-Iskozja Gordon Strachan qal li hu kuntent bis-saħħa mentali li wrew il-plejers.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

1 Comment

  1. Tkeccija ngusta u penalty inezistenti. Min wara dan il- hin il- moral waqa bahar. Imma kurragg u xorta ghajta wahda FORZA MALTA.
    Nixtieq nigbed l- Attenzjoni tal- awtoritajiet. Fi tmiem il- loghba ma kienx posta dik l- ambulanza go bieb ta hrug u kif kien dan il- bieb nofsu maghluq. Ma nistax nifhem kif alla hsres qatt, kellu jigri inciedent dak il- hin waqt li qed johorgu nies kif ha tohrog dik l- ambulanza min go dik il- folla. Izjed meta naf kemm ahna poplu kurjuz u kullhadd ikun jrid jaf x’ gara.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend