Fi sforz biex jiġbru l-Kap – One News

Fi sforz biex jiġbru l-Kap

Jum wara jum u ġimgħa wara ġimgħa kollox jibqa’ jsir kif jiżvelaw l-imkejjen ta’ ONE NEWS mid-Dar Ċentrali.  Kien fit-tmienja ta’ Awwissu li one.com.mt żvela li se jibdew sensiela ta’ artikli favur il-kap biex itaffu l-kritika u hekk qed jiġri.

Il-Ħadd filgħodu ssoktat din l-istrateġija bil-għan li dwar Simon Busuttil jipprovaw jikkonvinċu anke lill-għeruq tal-Partit.

Dan ftit tal-jiem wara li l-maltatoday qalet li membri parlamentari nazzjonalisti kkonfermaw li għandu diffikulta mal-għeruq tal-partit.

Bil-għan li dan il-messaġġ jasal saret intervista mas-Segretarju Ġenerali, Rosette Thake, li saħansitra kienet ippubblikata fil-faċċata tal-gazzetta tal-Partit Nazzjonalista, il-MUMENT, fejn deher ukoll ritratt tal-Kap Nazzjonalista.

Thake għamlet sforz biex tikkonvinċi li Simon Busuttil “hu politiku” onest u biex tipprova twassal dan il-messaġġ intlabgħet il-karta tal-vittma.

Qalet li Simon Busuttil ħalla l-karriera tiegħu fil-Parlament Ewropew biex ġie Malta “f’sitwazzjoni diffiċli.” Qalet li Busuttil hu politiku li qed jattwa politiku li jattwa politika għaqlija u determinata u onesta.

Bħala parti mill-iskeda li qed tkun ikkordinata mill-uffiċċju komunikazzjoni kien imiss li tikteb ukoll Roberta Metsola u s-suġġett kien l-inwkiet intern.

Fil-maltatoday provat ixejjen dak li żvela fl-aħħar ġimgħat one.com.mt u tati l-impressjoni li kulħadd waral l-Kap. Dan wara li kkummentaw fil-miftuħ esponenti tal-Partit Nazzjonalista li urew biċ-ċar li mhux il-każ.

Biex għal darb oħra, b’mod dirett jew indirett fil-gazzetti tal-Ħadd kien hemm fuq l-aġenda l-krizi PN, bl-editorjal tal-Illum ukoll jiddiskuti t-tema.

Filwaqt li l-karikatura tal-gazzetta KullĦadd tpinġi s-sitwazzjoni tal-Partit Nazzjonalista b’Simon Busuttil jgħid li kuħadd warajh iżda mill-bieb bil-messaġġ Simon Wont’ Work hemm in-nies ħerġin.

Simbolu ta’ nies fil-PN li fl-aħħar ġimgħat esprimew il-fehma li qatgħu qalbhom mill-politika jew saħansitra oħrajn li rtiraw jew irrifjutaw li jkunu kandidati

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *