Notte Bianca din is-sena mill-Kottonera wkoll | One News

Notifiki

Notte Bianca din is-sena mill-Kottonera wkoll

Din is-sena il-festival annwali Notte Bianca se jsir fl-ewwel ta’ Ottubru.

Din is-sena l-festival mhux se jkun mifrux mal-belt Valletta biss, iżda anke f’xi inħawi tal-Kottonera fi spettaklu ta’ mużika. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet l-Belt Valletta, indirizzata mill-Ministru Owen Bonnici, is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo u s-sindku tal-Belt Alexei Dingli.

Il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Forti Sant’Anġlu u l-Mużew Marittimu se jkunu miftuħin għall-pubbliku, biex il-patrimonju storiku u artistiku tal-ibliet ikunu iżjed viċin il-pubbliku. Fil-Belt Valletta, kullimkien se jkun miftuħ u aċċessibbli, u waħda mill-attrazzjonijiet prinċipali se tkun skultura bis-silġ tal-iskyline tal-Belt.

In-Notte Bianca huwa l-aqwa festival tal-Kunsill tal-Arti fejn tidħol attendenza, u mistenni li f’dawn l-innovazzjonijiet, l-attendenza se tespandi. Id-direttur artistiku Sean Buhagiar tkellem dwar kemm bibien jiftħu dawn il-kollaborazzjonijiet kulturali, flimkien mal-ispazji għal taħdidiet kreattivi.

Spjega wkoll kif sar eżerċizzju ta’ rebranding, bl-ittri li issa jsawwru l-kliem ‘notte bianca’ jirrappreżentaw ħwienet antiki madwar il-Belt Valletta.

Screen Shot 2016-09-03 at 11.50.42

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend