Charlie Hebdo jsejħu lill-vittmi Taljani LASAGNA – esaġeraw? – One News

Notifiki

Charlie Hebdo jsejħu lill-vittmi Taljani LASAGNA – esaġeraw?

Ir-rivista kontroversjali Franċiża Charlie Hebdo għal darb’oħra tinsab f’ħalq in-nies, din id-darba għall-mod li bih irreaġixxew għat-terremot devastanti fl-Italja.

F’karikatura intitolata “Terremot, stil Taljan”, il-vittmi tat-terrmot jidhru fi stadji differenti, kull stadju mqabbel ma’ riċetta Taljana u mal-għaġin, għaliex Amatrice hija magħrufa għal dan. Min tqabbel ma’ għaġin biz-zalza ħamra, min mal-imqarrun, u min ma’ lasagna.

292 persuna tilfu ħajjithom f’din it-traġedja: il-‘lasagna’ tirrappreżenta lilhom.

Screen Shot 2016-09-03 at 15.47.29

Is-Sindku ta’ Amatrice qal li jinsab ċert li dan mhux rappreżentattiv ta’ dak li jħoss il-poplu Franċiż. Sostna li l-ironija mhix ħaġa ħażina, iżda diżastri bħal dawn ma jistgħux isiru suġġett ta’ satira.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend