Il-PN fil-kantuniera tal-pjazza | One News

Notifiki

Il-PN fil-kantuniera tal-pjazza

Donnu Rosette Thake m’għandhiex xorti mal-festi tal-Indipendenza u wara l-kritika tas-sena li għaddiet meta l-Partit Nazzjonalista organizza dawn il-festi fid-daħla tal-Belt, din is-sena diġà bdiet tiffaċja t-tgergir għal mod kif donnu telqu fuq sieq ħażina l-attivitajiet.

Dan għax l-ewwel attivitajiet ħadu l-forma ta’ corner meetings, li għalihom kważi ma attenda ħadd. Anke jekk Thake għandha l-iskuża li l-għan hu li dawn jixxandru fuq Radio 101, membri tal-kumitati sezzjonali xejn ma ħadu gost bl-idea. Armati bi speaker fit-triq, bil-għan li tisma l-udjenza li tieqaf issegwi (ma sibna l-ħadd) jew tkun għaddeja, Trevor Degiorgio intefa’ jintervista u jiddiskuti ma’ esponenti tal-Partit Nazzjonalista fil-kantuniera tal-Pjazza tal-Birgu.

Iżda r-rispons fil-Pjazza ftit li xejn kien pożittiv. Tant li s-Segretarju Ġenerali Rosette Thake diġà qed tkun imħeġġa tirrevedi din l-inizjattiva li hija parti mill-festi tal-indipendenza. Xi ħaġa li s-Segretarju Ġenerali mistennija tirreżisti hekk kif ma tiflaħx iktar li kull inizjattiva li tieħu, tispiċċa kritikata u mħeġġa tibdilha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend