Florida fi stat t'emerġenza | One News

Notifiki

Florida fi stat t’emerġenza

Il-maltempata tropikali Hermine inbidlet f’urugan, u qed thedded li ġġib maltempata iktar perikoluża fi Florida. Hermine mistennija tmiss l-art fit-Tramuntana tal-kosta tal-Golf ta’ Florida matul il-jum tal-Ġimgħa. Dan ifisser li se jkun l-ewwel urugan li jolqot lill-istess stat mill-2005.

Il-Gvernatur Rick Scott iddikjara stat t’ emerġenza għal 51 pajjiż, hekk kif ir-residenti kienu preparati għal maltempata perikoluża. Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Ururgan qal li l-Ħamis, il-buffuri tar-riħ leħqu veloċita ta’ mija u tletin kilometru fis-siegħa.

Hermine miss il-kosta tal-Golf fi Florida kmieni l-Ġimgħa bħala urugan kategorija wieħed, u ġab miegħu maltemp aktar qawwi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend