Jarmi qisu mhux hu! Ara l-filmat – One News

Notifiki

Jarmi qisu mhux hu! Ara l-filmat

Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta qal li l-infurzar fuq min jarmi skart barra, permezz tal-installazzjoni ta’ cameras CCTV, qiegħed jagħti l-frott.

Permezz ta’ Facebook, il-kunsill qal li se jkompli jżid l-infurzar fil-ġranet li ġejjin.

Filwaqt li tella’ filmat li fih tidher persuna tarmi l-skart, il-Kunsill qal li din l-informazjoni qed tintbgħat lil-pulizija sabiex jinħarġu l-multi, liema multi fil-Belt Valletta jitilgħu sa €5,823.43.


Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Dan mhux barrani! Daqshekk hawn min iħobbha lil Malta!!! Naħseb aħjar indabbru ras xi erba’ min dawn! Daqs kemm nagħtuhom eżempju tajjeb lil barranin!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend