Il-bużżieqa fid-Dar Ċentrali waslet biex tinfaqa’ – One News

Il-bużżieqa fid-Dar Ċentrali waslet biex tinfaqa’

Hekk qed isejħulha l-ġrajja li qed tiġri bħalissa fid-Dar Ċentrali. Diversi partitarji Nazzjonalisti inklużi xi deputati li ngħataw il-ġenb, qed jiddeskrivu lil Simon Busuttil bħala Kap ieħor li għandu biss egoiżmu u aġenda għalih u għal tal-klikka.  Ħafna qed jgħidu li ilhom jissaportu iżda jekk ser jiftħulha ser ikun hemm taqlib kbir bejn min huwa ta’ Busuttil u bejn min irid bidla fit-tmexxija tal-Partit.

Simon Busuttil huwa urtat ferm għal dak li qed jiġrilu u saħansittra minn informazzjoni li għandi jirriżulta li Busuttil qed juża kliem iebes u dispreġjattiv lejn xi deputati li qed joqgħodu ħalqhom magħluq għaliex qed jistenna u jippretendi li juru s-support tagħhom lejh.  Tant ma jridx li jitlef postu Busuttil li l-bieraħ filgħaxija ġol-bini tad-dar centrali uza kliem bhal “mhux worth it dak li tagħmel għalihom” u “kont ħafna aħjar li kieku ma għamiltx dan il-pass u bqajt Brussell”. Kliem bħal dan juri li Busuttil issa bħal partit tiegħu wasal verament fil-qiegħ u qiegħed jiggranfa mal-iċken ħabel li forsi jista’ jsalvah.

Busuttil ġie kkritikat internament li donnu jekk ma joħloqx sensazzjonalizmu b’xi ġrajja kontra l-Gvern, donnu m’hu kapaċi jagħmel xejn aktar. Saħansitra ġie kkritikat li s’ issa ma ġab l-ebda riżultati konkreti għall-partit tiegħu.

simonidejn

Esponenti Nazzjonalisti saħansittra wasslulu messaġġi li jridu jaraw Partit bil-bibien miftuħin u mhux partit li għadu tal-klikka u li mhu ser isarraf fl-ebda riżultati.

Dan kollu żgur li wassal għalih is-suċċessi kbar li qed jikseb dan il-Gvern.  Suċċessi li mhux biss qed iġibu aktar flus fl-idejn iżda qed iġibu aktar nies b’fiduċja f’Joseph Muscat.  Dak li jridu li jseħħ partitarji nazzjonalisti huwa dak li sar fil-Partit Laburista hekk kif Joseph Muscat ħa t-tmexxija tal-Partit f’idejh.  Iffoka fuq il-Partit, in-nies u r-riforma.  Esponenti Nazzjonalisti jafu biċ-ċar li kif qegħdin l-affarijiet għalihom bħalissa, kważi għalxejn sejrin għall-elezzjoni ġenerali għax jafu biċ-ċert li għandhom telfa.

Id-diffikultà li għandu Busuttil bħalissa hija li ma jafx min huwa miegħu, min huwa kontra tiegħu jew min hu jippretendi li huwa ħabib tiegħu biex kif tinżel il-giljottina, joħodlu postu.

Dan kollu inħoloq bid-deċiżjonijiet żbaljati li ħa l-PN mill-bidu li ġie biex jinħoloq Kap ġdid.  Dan huwa riżultat li jiġi biss meta ma jkunx hemm proċess naturali u proċess seren. Dan huwa r-riżultat ta’ elezzjoni għall-kap, membri ta’ l-amministrattiv u membri ta’ l-eżekkutiv, li tkun simulata u mhux naturali. Dan huwa riżultat ta’ min irid jiffanga u ta’ min ma jagħtix spazju għal demm ġdid.  Dak li qed jiġri bħalissa fil-Partit Nazzjonalista huwa indiġestjoni ta’ għazla żbaljata…….

Ta’ QabelLi Jmiss