Schweinsteiger bl-aħħar logħba mat-tim Ġermaniż – One News

Notifiki

Schweinsteiger bl-aħħar logħba mat-tim Ġermaniż

Il-midfielder ta’ Manchester United, Bastian Schweinsteiger se jkun qed jilgħab għall-aħħar darba mat-tim Ġermaniż illejla fid-8.45p.m.

Schweinsteiger se jkun qed jilbes il-faxxa tal-captain għall-aħħar darba fil-partita kontra l-Finlandja, qabel jirtira mil-futbol internazzjonali. L-aħħar logħba li fiha lagħab Schweinsteiger mat-tim Ġermaniż kienet dik fis-semi finali tal-Euro 2016 kontra Franza.

L-eks midfielder ta’ Bayern Munich se jibqa mfakkar għall-kontribuzzjoni tiegħu fil-finali tat-Tazza tad-Dinja 2014 kontra l-Brażil, kif ukoll bħala dak il-plejer li, minkejja li t-tim Ġermaniż kien għaddej minn fażi diffiċli, xorta waħda rnexxielu jispikka fil-kompetizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja ta’ bejn l-2002 u l-2006.

Fl-aħħar fażi tal-karriera internazzjonali tiegħu, dan il-midfielder tilef numru ta’ partiti minħabba xi injuries li sofra, iżda dan ma waqfux milli jikklassifika bħala wieħed mill-aktar plejers Ġermaniż li għamel apparenzi mat-team nazzjonali.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend