Waħda mill-ikbar operazzjonijiet ta' salvataġġ fil-Libja | One News

Notifiki

Waħda mill-ikbar operazzjonijiet ta’ salvataġġ fil-Libja

Mas-6,500 immigrant kienu salvati fil-Libja, f’waħda mill-akbar operazzjonijiet ta’ salvataġġ li saru s’issa. Madwar 40 missjoni ta’ salvataġġ ikkoordinati seħħew ‘l barra mill-belt Libjana Sabratha.

L-Operazzjonijiet tat-Tnejn involvew bastimenti Taljani, dawk tal-aġenzija tal-fruntieri tal-Unjoni Ewropea Frontex, l-Open Arms u l-Medecins Sans Frontieres.

Filmati wrew immigranti, mill-Eritrea u s-Somalia, jifirħu u oħrajn jgħumu lejn dgħajjes ta’ salvataġġ filwaqt li oħrajn dehru jġorru trabi abbord. Dan kollu seħħ wara li l-Ħadd li għadda, aktar minn elf u mitt immigrant kienu salvati fl-istess żona.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend