Tista Tkun Int, Salv! – One News

Notifiki

Tista Tkun Int, Salv!

Tista’ Tkun Int huwa programm li udjenzi kellu bl-eluf. Huwa wkoll programm li għal snin twal kien fl-iskeda tal-istazzjon nazzjonali. Sakemm darba fost oħrajn, ittieħdet deċiżjoni li jieqaf.

Forsi dak iż-żmien ma kinetx deċiżjoni daqstant ċara. Peró li hu żgur hu li bħal mijiet ta’ programmi oħra dan il-programm ma kellux ċens perpetwu biex jixxandar fuq TVM. U dan f’mument fejn kien qed jiġbed l-ikbar udjenzi fuq dan l-istazzjon. Kien ukoll programm bl-air time mixtri, mhux bħal dawn li ssemmew riċentament li biex isiru ħarġu l-belli liri mit-taxxi tal-poplu.

Bħal Tista Tkun Int kien hemm oħrajn, kif kiteb tant tajjeb fuq facebook dak li kien il-preżentatur ta’ Deal or No Deal. Programm popolari ieħor li ma baqax għaddej għal dejjem.

Bħalma għal żmien twil kien twaqqaf il-programm Reporter (ma niftakarx lil Clyde Puli joħroġ stqarrijiet) u kien hemm programmi oħra li kienu relegati għal ħinijiet mhux flokhom għax forsi hekk kien jiddetta l-interess kummerċjali

Minn tagħrif li wasal għandi, jirriżulta li hemm programmi oħra li konna drajna bihom – fost oħrajn fil-faxxa ta’ filgħodu – li wkoll mhux se jibqgħu fl-iskeda.

Għaldaqstant huwa ftit spoporzjonat l-għaġeb li qed isir għaliex se jkun spiċċa, fost oħrajn, il-programm ta’ Salvu Mallia. U f’dan il-każ mhux biss għax huwa proċess naturali li programm jispiċċa iżda wkoll għaliex Mallia għażel li jidħol fl-arena politika. Saħansitra ddikjara li x’aktarx ikun kandidat.

Dikjarazzjoni waħedha li twassal biex il-programm tiegħu ma setax ikompli kif kien il-każ bi Claudette Buttigieg qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Dakinhar, fi żmien gvern tal-PN, twaqqaf il-programm Sellili u lanqas il-Qorti ma tatha raġun.

Fuq kollox ta’ min jgħid li preżentaturi u ġurnalisti ta’ PBS huma marbuta b’kodiċi ta’ etika li ftit li xejn iħallihom jintrabtu ma’ opinjonijiet politiċi partiġjani u allura għaliex hawn min jippretendi li Mallia eċċezzjoni?

Saħansitra din tal-kandidatura hi xi ħaġa li tiġri internaent wkoll fil-partiti. Biżejjed insemmu xi ġralu David Thake li twaqqaf mill-Partit Nazzjonalista milli jkompli fuq ir-radju.

Imma dan kollu jidher li ma jgħodxx bħalissa. Salvu Mallia, u anke oħrajn, jippretendu li huma eċċezzjoni.

Iktar minn hekk nista’ nitkellem mill-esperjenza. Meta kont naħdem ma’ dar tal-midja oħra konna preżentajna proposta wara li tellajna b’suċċess Mixja ta’ Poplu. Din il-proposta ma kinetx aċċettata u ma bkejniex pubblikament għax propsota tagħna ma kinetx aċċettata mill-PBS fi żmien Gvern Laburista. Dan għax fhimna li dan hu proċess naturali. Fejn xi darba jew oħra Tista Tkun Int li jkollok opportunitá jew li jkollok tibda taħseb fuq proġett ġdid.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

12 Comments

  1. Ghidu li tridu, imma gidba dejjem gidba tibqa’ u skuza banali dejjem skuza banali tibqa’. Tinkwieta xejn sur Aleander Balzan, li ma nistagibx li kont xi am m,iratur tal-programm tieghiu qabel il-partit tas-sinjuri qallek bies tipprogramma mohhok, iz-zmien u mhux wisq fil-boghod, jurina min huma t-tradituri ta’ pajjizhom ghal flus!

    1. Int gibt il gebla fuq saqajk missek tiddeciedi xi trid ma tistax tkun partiggjan u tghid li ha tohrog ma partit politiku u jkollok air time fuq stazzjon nazzjonali u issa qed tilghaba tal vittma. Ikkalma naqa Salv, jien pjacir ghamluli ghax il programm tieghek kien interessanti imma bik fih kont tqazzu. Forsi issa jkun hemm prezentatur serju jaghmel xi haga simili.

  2. Ma nistghagibx li dan Aleander Balzan kien xi ammiratur tal-programm, bhal hafna l-ONE TV, li issa l-partit tas-sinjuri qallu biex jipprogramma mohhu mod iehor!!!

  3. What a joke. How do you want people to take this government seriously with you people in the forefront writing such rubbish.

  4. Salvu qieghed jitbaskat kemm jiflah fil-publicita!

    Hekk kien jaghmel ukoll tal-Ajkla, imma dan ta’ l-ahhar qatt ma laghba tal-vitma.

  5. Article bomba prosit…. xi hemm ahjar minn tidwir madornali mal-lewza biex noholqu skuza? Jekk matul dan l-ahhar snin kien hemm program 1 li jilhaq l ghan li suppost ghandu TVM dan kien propjament dal programm. Il-bqija (inkluz tista tkun int) imbarazz tal-popolin. Imma min qal wara kollox li TVM ghandu jeduka lin-nies? ….

  6. Xarabank m’hemmx ki jieqaf darba għal dejjem għax stazzjon irrovinaħ. Program medjokri, rpietittiv u biex kultant jinġabar ftit juża l-ġbir ta’ fondi bħala skuża. Meta jkun il-mument li jasal il-ġbir TVM għandu jorhanizza program speċjali hu, m’għandniex bżonn Xarabank biex jinġabru l-flus.

  7. Lets be honest .. It was great, now it got a bit stale !! All the fuss is to perhaps enjoy some publicity and look like a victim … Well played Salv like a true politician, now that you enjoyed your 15 minutes of fame , please make room …

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend