Maratona b'risq il-Fondazzjoni Nazareth | One News

Notifiki

Maratona b’risq il-Fondazzjoni Nazareth

Il-Fondazjoni Nazareth se torganizza maratona televiżiva nhar it-18 ta’ Settembru fuq l-istazzjonijiet kollha.

Ġimgħa qabel, nhar it-tlieta ta’ Settembru, se ssir maratona oħra fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuga, mill-11:00am sal-11:00pm.  Se jsiru wirjiet tal-karozzi Ford, tittella’ fiera ta’ divertiment u jkun hemm attrazjonijiet varji.

Fondazzjoni Nazareth tnediet nhar it-8 ta’ Settembru 1995 minn Fr. Angelo Seychell, bħala organizzazzjoni għall-persuni bi bżonnijiet speċjali. Hija tipprovdi djar għal dawk li m’għandhom l-ebda familja jew ma jkunux jistgħu jgħixu mal-familja tagħhom, għal xi raġuni jew oħra. Id-dar hija mmexxija minn bord tad-Diretturi taħt id-direzzjoni tal-President u l-Amministratur tiegħu.
Bħalissa l-Fondazzjoni għandha tlett idjar; Dar Nazareth, Dar l-Arċipriet Degabriele u Dar Jean Vanier. Il-Fondazzjoni għandha  wkoll workshop f’Dar San Ġużepp Ħaddiem, fejn ir-residenti jattendu mit-Tnejn sal-Ġimgħa u jipproduċu xogħlijiet varji skond il-kapaċitajiet tagħhom taħt id-direzzjoni tal-maniġer workshop. Dan iservi wkoll bħala terapija għall-residenti. It-total preżenti ta ‘residenti fiż-Fondazzjoni huwa 25, u n-numru ta’ impjegati huwa bħalissa 14.
Finanzjarjament id-djar jitmexxew mill-parti tal-pensjoni tar-residenti, permezz ta ‘għotja annwali mill-Ministeru tal-Politika Soċjali, u billi donazzjonijiet mill-pubbliku ġenerali.

Screen Shot 2016-08-24 at 19.04.39

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend