Deċiżjonijiet għal ġid tal-Poplu Malti | One News

Notifiki

Deċiżjonijiet għal ġid tal-Poplu Malti

Illum żgur li ħafna nies raw tama ġdida hekk kif il-MEPA ħabbret skema għal dawn is-sentejn fejn kull minn kellu xi irregolarita fil-bini tiegħu, u li sa ftit ilu ma stajtx tirregolarrizahha, illum hemm proċedura li sid ta’ binja jista’ japplika, biex sa fl-aħħar dan jiġi in regola.

Kienu ħafna dawk il-familji, li bi traskuraġni ta’ min bena, kellhom irregolarità fil-binja u li għalhekk meta  ġew biex ibiegħu l-proprjetà,  kienu jeħlu għaliex il-binja ma kinitx skont ir-regoli.

Irridu ngħamluha ċara li din l-iskema ma tfissirx li ser tħalli lil min jibni bl-addoċċ, iżda tapplika għal dawk il-binjiet diġa’ eżistenti u li minħabba xi xaft li ma jkunx tad-daqs meħtieġ, wieħed ma seta qatt jissanzjona l-binja.

Għalhekk dan il-Gvern sema’ u ddeċieda li din il-problema, li kienet tiġri lil ħafna sidien ta’ proprjetà, tiġi indirizzata darba għal dejjem.  Gvernijiet preċedenti kienu jafu sewwa b’dan, iżda ddeċidew biss li jħallu lil kulħadd jiżfen mar-riħ… l-oppost ta’ dan il-Gvern li sema’ u wettaq.

Stramba iżda,kif illum esponenti tal-PN donnhom għandhom ċens perpetwu kull fejn imissu.  Li tagħti spazju lil ħaddieħor hija sabiħa mmens, iżda li tikkapparra xi ħaga m’hija pożittiva xejn.  Rajna attitudnijiet negattivi mmens għaliex ċertu programmi mhux ser jixxandru fuq il-PBS din is-sena.

Irridu nfaħħru inizjattivi tal-PBS fejn qegħdin jagħtu spazju għal programmi ġodda u anki għal nies ġodda.  B’liema dritt għandu wieħed jippretendi li sena wara l-oħra jibqa għaddej bl-istess programm donnu kkapparra l-istazzjon.  Sfortunatament, il-midja tal-PN donnha tieħu l-ewwel biex turi lill-poplu li spazju ma’ għandu jingħata lil ħadd jekk mhux tal-qalba tal-PN.

Dan juri li l-PN ma nbidel xejn u huwa dejjem lest biex jikkritika b’mod inġust.  Forsi ta’ min wieħed ifakkar lill-PN li jekk iridu jxandru aħbarijiet reali, forsi isemmu l-każ ta’ Michael Fenech Adami, li wara li instab ħati b’irregolaritajiet fil-kunsill meta kien immexxi minnu, saħansittra daħal jaħdem fid-Dar Ċentrali flimkien ma ħuħ Beppe u Simon.

Fuq nota oħra, ta’ min wieħed ifaħħar il-mod kif dan il-Gvern itratta dwar l-Air Malta, li sa fl-aħħar u wara ħafna xogħol, intlaħaq ftehim mal-bdoti.  Minn jaf kemm kien hawn min xtaq li kollox jisfaxxa fix-xejn, iżda dan il-Gvern baqa’ jaħdem għall-interess tal-impjegati tal-kumpanija u għall-ġid tal-futur tal-Air Malta.

airmalta

Fejn jidħol bini mitluq, deċiżjoni kuraġġuża oħra ta’ dan il-Gvern kienet li fl-aħħar ittieħdu deċiżjonijiet dwar bini li dan il-poplu kien ilu jilmenta dwar it-telqa tiegħu. L-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet ordni ta’ infurzar  biex kemm il-Jerma Palace u kif ukoll il-Mistra ma jibqgħux ikunu piż għal pajjiżna u għar-residenti tal-madwar.  Deċiżjoni li turi kemm dan il-Gvern għandu għal qalbu l-ambjent.

Sfortunatament, l-oppożizzjoni kienet u għadha waħda bla direzzjoni u bla prinċipji.  Oppożizzjoni li l-politika tagħha hija waħda negattiva.  Oppożizzjoni li għadha mdawwra bl-istess uċuħ antiki.  Oppożizzjoni li għandha kap li huwa biss estensjoni tal-Gvern preċedenti. Bla ebda qafas politiku.

L-eleganza ta’ dan il-Gvern tidher ġmielha.  Dan huwa Gvern li fi tliet snin biddel ir-rotta u ġab arja friska u ġdida għal pajjiżna.  Gvern li l-viżjoni politika tiegħu hija evidenti u ċara. Gvern li jagħmel kemm jagħmel ġid, dejjem irid jagħmel aktar.  Gvern li ġab lil dan il-pajjiż fuq saqajh u dawwar r-rota ta’ l-ekonomija biex ħoloq ix-xogħol u attira investiment barrani.

Il-poplu Malti dejjem għaraf min verament jaħdem għalih u l-entużjażmu u l-grinta qawwija li hawn fil-poplu Malti hija frott tat-tama u tal-kuraġġ li dan il-Gvern nissel f’kull wieħed u waħda minnha.

Gvern li jemmen fik, int x’int u int min int.  Gvern li lilek iridek tkun suċċess u Gvern li irid iroddlok lura l-fiduċja li tajtu billi fl-aħħar tal-leġislatura iħallilek pajjiż b’saħħtu, stabbli u l-aqwa fl-Ewropa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend