Il-każ ta' Mansholt mhux magħluq | One News

Notifiki

Il-każ ta’ Mansholt mhux magħluq

Il-Katavru tal-Ġermaniż Mike Mansholt, li nstab mejjet f’Ħad Dingli fl-aħħar ta’ Lulju, intbagħat lura għad-difna fil-Ġermanja, iżda l-awtoritajiet mhux qed iqisu l-każ bħala wieħed magħluq, hekk kif il-basket li l-ġuvni dejjem kien iġorr fuq persuntu, għadu ma nstabx.

Il-permess biex il-ġisem jittieħed lura f’pajjiżu ħareġ wara li stħarriġ ikkonferma li kien filfatt iż-żagħżugħ Ġermaniż li kien ilu rrappurtat nieqes madwar erbat ijiem waqt li kien fuq btala  f’pajjiżna.

Il-Katavru ntbagħt lura l-Ġermanja tul il-jum tal-Ħamis fejn fil-jiem li ġejjin mistenni jsir il-funeral u difna mill-familja tiegħu.

Screen Shot 2016-08-19 at 10.25.44

Sadanittant, investigaturi f’Malta għadhom qed ifittxu xi affarijiet li Mansholt seta kellu fuq persuntu, b’mod parikolari basket li fih kien hemm il-mobile u l-kamera tal-ġuvni. Minħabba li dan għadu ma nstabx, l-awtoritajiet qed jissuspettaw li l-basket tħalla x’imkien mil-ġuvni biż-żball, jew li dan insteraq fil-waqt jew wara l-ħin ta’ mewtu. Qed jikkunsidraw ukoll li l-basket waqa’ f’ xi xaqq tal-irdumijiet ftit ‘il bogħod minn fejn instab il-katavru. Intant dawn mhux qed jikkunsidraw dan il-każ bħala wieħed magħluq minħabba ċ-ċirkustanzi mhux tas-soltu li fihom tilef ħajtu l-ġuvni.

Il-Familja ta’ Mansholt għadhom qed jittamaw li dan jisntab minħabba l-affarjiet prezzjużi li kien hemm fih fosthom GoPro li fiha kien hemm ritratti li ħa l-ġuvni waqt il-btala tiegħu f’Malta.

Mansholt, li kellu biss sbatax-il sena, nstab mejjet fl-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli fid-disgħa u għoxrin ta’ Lulju wara li kien irrappurtat nieqes għal erbat ijiem.

Il-katavru nstab mingħajr żarbun, ftit metri ‘il bogħod minn rota li kera għal btala f’Malta. Esperti qalu li l-ħsarat fuq din ma jidirx li huma riżultat tal-waqa’ mill-irdum li allegatament ikkawżat il-mewt taż-żagħżugħ. Dan kien ilu mejjet madwar ġimgħa qabel ma nstab waqt tfittxija estensiva.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend