Gidbu li ġew misruqa f’Rio! – One News

Gidbu li ġew misruqa f’Rio!

Il-Kumitat Olimpiku tal-Istati Uniti għamel apoloġija għal dak li sejjaħ imġieba inaċċettabbli ta’ erba’ għawwiema Amerikani, wara li gidbu li ġew misruqa f’Rio.

Tnejn minnhom, Gunnar Bentz u Jack Conger, tħallew jitilqu minn Rio l-Ħamis filgħaxija. Ryan Lochte kien diġa telaq, filwaqt li James Feigen baqa l-Brażil.

Bentz u Conger tniżżlu minn ajruplan fl-ajruport ta’ Rio fil-jum tal-Erbgħa u ttieħdu għall-mistoqsijiet.

Il-kap tal-pulizija ta’ Rio qal li huma ma kienux vittmi tar-reati li allegaw, l-għawwiema vvandalizzaw toilet f’pompa tal-petrol u offrew li jħallsu għad-danni. Huma ħallsu u telqu wara li intervjenew uffiċjali tas-sigurta’ armati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend