Ħaddiema mħarrġa barra l-pajjiż | One News

Notifiki

Ħaddiema mħarrġa barra l-pajjiż

L-Awtorità tal-Ippjanar rebħet il-Vocational Education and Training Charter, li huwa parti mill- programm tal-Erasmus+.

Din hi akkreditazzjoni li tingħata mill-Kummissjoni Ewropea lil dawk l-istituzzjonijiet li jibgħatu n-nies għal esperjenzi tax-xogħol f’pajjiżi oħra.

L-Awtorità tal-Ippjanar ilha għal diversi snin tibgħat nies fl-Ewropa għal xogħol u taħriġ.  Fil-fatt, biex tintrebaħ iċ-charter, wieħed irid ikollu minn tal-inqas tlett snin ta’ xogħol.

Permezz ta’ din l-istrateġija, l-Awtorità tal-Ippjanar qed tkabbar in-netwerk ta’ msieħba barra minn Malta. Hekk jinstabu istituzzjonijiet Ewropej b’xogħol simili.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend