18,000 imutu f’ħabsijiet tal-istat fis-Sirja – One News

Notifiki

18,000 imutu f’ħabsijiet tal-istat fis-Sirja

• Rapport ta’ Amnesty International jgħid li dan bejn l-2011 u l-2015

Rapport xokkanti juri kif 18,000 persuna mietu waqt li kienu fil-kustodja tal-gvern fis-Sirja bejn l-2011 u l-2015. Ir-rapport ta’ Amnesty International, li għalih kienu mitkellma 65 persuna li salvaw, jgħid li f’dawn il-ħabsijiet kienu vittmi ta’ swat u stupru kontinwu.

Dan qed iwassal biex il-grupp li jaħdem favur id-drittijiet tal-bniedem iżid il-pressjoni fuq Damascu biex itemm l-użu tat-tortura. U għal dan il-għan qed issir sejħa lill-komunità internazzjonali. Fl-istess ħin il-gvern Sirjan qed jiċħad dawn l-allegazzjonijiet.

L-2011 kien iż-żmien meta bdew il-protesti kontra l-President Bashar Assad u dawn in-numri jfissru li mietu iktar minn għaxar persuni kuljum jew 300 fix-xahar.

Il-ħabsin jingħataw swat qawwi meta jidħlu l-ewwel darba f’dak li jissejjaħ “welcome party”. Wara jsiru proċeduri ta’ sigurtà. Mument fejn gwardjani rġiel jistupraw lill-priġunieri nisa.

“Jistmawna daqs annimali. Iridu li l-kundizzjonijiet ma jkunux tajbin għal bniedem kemm jista jkun. Rajt id-demm… kien qisu xmara,” qal wieħed mill-arrestat li rnexxielu joħroġ ħaj u jitkellem ma’ Amnesty International.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend