Spirtu Olimpiku ta’ vera – One News

Notifiki

Spirtu Olimpiku ta’ vera

Spirtu Olimpiku fil-vera sens tal-kelma; hekk qed jgħidu li għandha l-Amerikana Abbey D’Agostino, li waqfet mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni fit-tellieqa ta’ 5,000 metru sabiex tgħin lill-kompetitriċi tagħha, Nikki Hamblin minn New Zealand.

Hamblin sofriet uġiegħ kbir waqt it-tellieqa, u ntelqet mal-art fuq it-track, sakemm laħqitha D’Agostino, li tfixklet fiha u waqgħat hi wkoll, b’konsegwenza li darbet l-għaksa.

“Qum, din it-tellieqa rridu nispiċċawha” qalet D’Agostino lil Hamblin, f’mument li seraq qlub ħafna minħabba l-altruwiżmu tal-Amerikana.

Ebda minnhom ma kwalifika inizjalment għal finali, iżda kienu s-suġġett ta’ ħafna tifħir, tant li l-organizzaturi se jħalluhom bħala finalisti, jekk ikunu b’saħħithom biżżejjed għall-finali ta’ nhar il-Ġimgħa.

Ritratt: CBC

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend