Titwaqqaf l-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati – One News

Notifiki

Titwaqqaf l-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati

Daħlet fis-seħħ il-liġi li tara uffiċjalment it-twaqqif tal-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati. Dan ġie implimentat bil-ħruġ ta’ avviż legali.

Għaldaqstant l-Akkademja magħrufa bħala tal-Pulizija issa nbidlet għal waħda li se tkun qed tiġbor fiha l-erba’ Korpi Dixxiplinati f’daqqa: Il-Pulizija, l-Armata, il-Protezzjoni Ċivili u l-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin. Dan bil-għan lit-taħriġ mogħti lil membri kollha jkun organizzat aħjar u wieħed kontinwu waqt il-karriera, li jmur oltre mit-taħriġ li jsir waqt ir-reklutaġġ.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern Carmelo Abela waqt il-programm it-Tokk fuq One Radio ma’ Alexander Saliba fejn kienu qed jiddiskutu x-xogħol tal-Ministeru fil-qasam tat-taħriġ.

Il-Ministru spjega li bit-twaqqif ta’ din l-Akkademja se jkun qiegħed jiġi assigurat taħriġ ta’ kwalita’ u iżjed opportunitajiet ta’ taħriġ speċjalizzat għal membri  barra ‘l pajjiż. Tkellem kif wara nuqqas ta’ direttur tal-istudji tal-Akkademja, illum din għandha direttur tal-istudji full time li diġa beda jikkordina t-tfassil għal iżjed programmi li jkunu akkredidati. B’hekk dawn il-korpi li diġà mxew ’il quddiem fit-taħriġ ikomplu jingħataw spinta, filwaqt li dawk li għadhom lura jingħataw imbuttatura.

Hawn huwa semma’ l-avvanz li sar fit-taħriġ tal-Armata. Filfatt, l-aħħar reklutaġġ li sar il-ġimgħa li għaddiet ta’ 72 suldat ġdid, kien l-ewwel grupp li ra s-suldati jirċievu taħriġ li huwa rikonoxxut  mill- Malta Qualifications Recognition Information Centre fuq livell tlieta.

Dan ifisser li dawn is-suldati jekk jieqfu waqt is-servizz jew jispiċċaw mill-Armata bl-eta’ ta’ 55 sena jew wara 25 sena servizz, ser igawdu mill-benefiċċju ta’ taħriġ validu biċ-ċertifikati li ingħataw jistgħu jiġu msarrfa fid-dinja tax-xogħol barra l-militar.

Il-Ministru Abea, temm jgħid lix-xogħol li qed isir fuq l-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati huwa sinjal ta’ kemm il-Gvern qed jimbotta għal taħriġ ta’ kwalita’ akkreditat biex xogħol fil-Forzi jibdew verament jibda jiġi jitqies bħala karriera. Dan filwaqt lit-taħriġ jibda jiġu wżat f’servizz aħjar lil poplu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend